Iċ-Central Velocity Homing Union huwa l-25 klabb fil-Federazzjoni Maltija tal-Ħamiem. Dan il-Klabb beda minn ħolma li saret realtà fl-2009. Ħolma li involviet ħafna xogħol, dedikazzjoni u sagrifiċċji biex seħħet.
Peress li dan il-Klabb iddeċieda li jagħmel parti mis-sistema tal-Velocity, sab ħafna xkiel minn diversi partijiet oħra li xtaqu li dan il-Klabb ma jasalx għal dak li kien qed jimmira għalih.
Apparti dan ix-xkiel, Klabb 25 kellu diversi sfidi, speċjalment finanzjarji. Fost il-ħafna spejjeż li dan il-Klabb kellu biex jinfetaħ, kien hemm spejjeż oħra għat-tħaddim ta’ kuljum tiegħu. L-aktar spiża kbira u importanti kienet dik tal-panjers. Fil-fatt, is-Central Velocity Homing Union xtrat il-panjers tagħha personalment.
Madankollu, ħaġa li wriet tassew is-saħħa u d-determinazzjoni ta’ dan il-Klabb kienet l-offerta tal-membri li kienu jagħmlu parti mill-klabb f’dik is-sena, fejn il-flus f’rebħ ta’ tiġrijiet tal-membri ngħataw bħala rigal lill-klabb biex b’hekk setgħu jitħallsu l-aħħar ammonti dovuti . Għaldaqstant, issa Klabb 25 għandu 15-il panjer personali tiegħu.
Matul is-snin, il-Klabb kompla jikber u jissaħħaħ f’kul lat, grazzi għall-ħidma u d-dedikazzjoni tal-Kumitat. B’hekk illum, il-klabb għandu total ta’ 45 membru u qed igawdi wkoll minn suċċessi fis-sezzjoni tiegħu u anke fil-Federazzjoni Maltija.
The Progress of The Club
The Central Velocity Homing Union is the 25th Club within the Maltese Pigeon Federation. This Club started from a dream which turned into a reality in 2009. A dream which involved a lot of hard work, dedication and sacrifices, for it to come true.
Since a decision was taken for the Club to form part of the Velocity System, it faced a lot of opposition from a number of quarters whose aim was to stop it from achieving its goals.
Appart from this opposition, Club 25 also faced a number of challenges, the main one being finances. Among the many expenses involved to set up the Club, there were the everyday running expenses. The major expense was the purchase of paniers. In fact, the Central Velocity Homing Union bought the paniers itself.
However, a fact which really showed the strength and determination of this Club was the generosity of the members of the time, who offered the money won in the races as a gift to the Club. With this money, the Club was able to settle the balance of payments due. This resulted in Club 25 owning 15 paniers.
Throughout the years, the Club continued to grow and become stronger in all aspects, thanks to the work and dedication of the Committee. The total number of members at present is 45, and moreover the Club is becoming successful in its own section and also within the Maltese Federation.